Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet KOLLHA qabel l-injezzjoni.
L-istess informazzjoni hija disponibbli wkoll fuq www.erelzi.eu u permezz tal-kodiċi ta’ hawn taħt.
Dawn l-istruzzjonijiet jgħinuk tinjetta l-mediċina sew billi tuża l-pinna mimlija għal-lest ta’ Erelzi.
Importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek sakemm ma tkunx tħarriġt mit-tabib, mill-infermier jew mill-ispiżjar tiegħek.
Il‑pinna mimlija għal-lest ta’ Erelzi murija bl-għatu mneħħi. Tneħħix l-għatu qabel ma tkun lest biex tinjetta l‑mediċina.
Aħżen il-kaxxa bil-pinna fi friġġ f’temperatura bejn 2°C sa 8°C u Tħallihiex fejn jistgħu jarawha u jilħquha t-tfal.
Sabiex tinjetta s‑soluzzjoni b’aktar kumdità, oħroġ il‑pinna mill‑friġġ 15‑30 minuta qabel l‑injezzjoni biex tagħtiha ċans tilħaq it‑temperatura tal‑kamra.
Inkluż fil-pakkett:
Pinna mimlija għal-lest ta’ Erelzi ġdida u mhux użata
Mhux inklużi fil-pakkett:
1. Aspetti ta’ sigurtà importanti qabel ma tieħu l injezzjoni:
Is-soluzzjoni għandha tkun ċara jew ftit opalexxenti, bla kulur sa ftit safranija, u jista’ jkun fiha frak żgħir abjad jew kważi trasluċidi ta’ proteina. Din id-dehra hi normali għal Erelzi.
Tużax jekk il‑likwidu jkun imċajpar, ikollu tibdil fil-kulur, jew ikun fih ċapep kbar, laqx jew frak ikkulurit.
Tużax il-pinna jekk id-data ta’ meta tiskadi għaddiet.
Tużax jekk is-siġill ta’ sigurtà nkiser.
Kellem lill‑ispiżjar tiegħek jekk il‑pinna ma tilħaqx xi wieħed minn dawn l‑aspetti ta’ sigurtà.
2a. Agħżel il-post tal-injezzjoni:
2b. Persuni oħrajn u professjonisti fil qasam mediku biss:
3. Naddaf il post tal injezzjoni:
4. Neħħi l-għatu:
5. Kif iżżomm il pinna tiegħek:
Waqt l-injezzjoni se tisma’ 2 ħsejjes ifaqqgħu.
L‑ewwel ħoss juri li l‑injezzjoni bdiet. Bosta sekondi wara se tisma’ t‑tieni ħoss li jurik li l‑injezzjoni kważi lesta.
Għandek tibqa żżomm il‑pinna sew mal‑ġilda tiegħek sakemm tara indikatur aħdar jimla t‑tieqa u jieqaf jiċċaqlaq.
6. Kif tibda l-injezzjoni:
7. Kif tintemm l-injezzjoni:
8. Iċċekkja li l indikatur l aħdar jimla t tieqa:
9. Kif tarmi l pinna mimlija għal-lest ta’ Erelzi tiegħek:
jekk jogħġbok kellem lil tabib, infermier jew spiżjar li huwa familjari ma’ Erelzi.
Referenza: Sommarju Tal-Karatteristiċi tal- prodott Erelzi https://www.ema.europa.eu/en/documents/product-information/erelzi-epar-product-information_mt.pdf