Termini tal-Użu u Kundizzjonijiet

1. Aċċettazzjoni

L-aċċess għal u l-użu tiegħek ta’ dan is-Sit huma soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin u għal-liġijiet applikabbli kollha. Billi taċċessa u tibbrażwja dan is-Sit, inti taċċetta, mingħajr limitazzjoni jew kwalifika, dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u tirrikonoxxi li kwalunkwe ftehim ieħor dwar l-użu ta’ dan is-Sit bejnek u bejn Sandoz International GmbH huwa sostitwit u mingħajr ebda seħħ jew effett.

2. Informazzjoni/Kundizzjonijiet Mediċi

L-informazzjoni dwar il-prodotti fuq dan is-sit web hija pprovduta minn Sandoz International GmbH u hija maħsuba għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss. Ħafna prodotti farmaċewtiċi u ta’ apparat mediku mniżżlin huma disponibbli b’riċetta tat-tabib jew ta’ professjonist mediku kkwalifikat biss, u jista’ jkun li mhux il-prodotti kollha jkunu disponibbli fil-pajjiżi kollha. L-informazzjoni dwar il-prodotti mhijiex maħsuba biex tipprovdi informazzjoni medika sħiħa. JEKK GĦANDEK KUNDIZZJONI MEDIKA, ŻUR LIT-TABIB JEW LILL-FORNITUR TAL-KURA TAS-SAĦĦA TIEGĦEK MINNUFIH. AĦNA MA NOFFRUX DIJANJOŻI MEDIKA PPERSONALIZZATA JEW PARIRI DWAR TRATTAMENT SPEĊIFIKU GĦALL-PAZJENT. Dejjem għandek tikseb informazzjoni medika sħiħa dwar il-mediċini bir-riċetta jew l-apparat mediku tiegħek (inklużi l-użu mediċi ta’ benefiċċju u l-effetti avversi possibbli tagħhom) billi tiddiskuti l-użu xieraq ta’ kwalunkwe mediċina/i jew apparat mediku direttament mat-tabib li jagħtik ir-riċetta jew, fejn xieraq, ma’ konsulent mediku ieħor. Il-professjonisti mediċi jistgħu jiksbu informazzjoni medika sħiħa mill-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott. L-informazzjoni dwar dawn il-prodotti tista’ tvarja bejn pajjiż u ieħor. Il-pazjenti, it-tobba u professjonisti mediċi oħrajn għandhom jiċċekkjaw mar-riżorsi mediċi u l-awtoritajiet regolatorji lokali għal informazzjoni xierqa għall-pajjiż tagħhom. Barra minn hekk, ir-regolamenti attwali f’ħafna pajjiżi jillimitaw (jew xi drabi saħansitra jipprojbixxu) il-kapaċità ta’ Sandoz International GmbH li tipprovdi informazzjoni u/jew tirrispondi b’mod dirett mistoqsijiet tal-pazjent rigward il-prodotti tagħha li jingħataw b’riċetta tat-tabib. Sandoz International GmbH, madankollu, se twieġeb mistoqsijiet mingħand il-professjonist tal-kura tas-saħħa kkwalifikat tiegħek u tipprovdilu informazzjoni f’konformità mar-regolamenti lokali.

3. Użu tal-Informazzjoni

Inti tista’ tibbrawżja s-Sit b’mod liberu, iżda tista’ taċċessa, tniżżel jew tuża l-informazzjoni minn dan is-Sit, inkluż kwalunkwe test, stampa, awdjo, u vidjow (l-“Informazzjoni”) għall-iskopijiet mhux kummerċjali personali tiegħek biss. Ma tistax ixxerred, timmodifika, tittrażmetti, tuża mill-ġdid, tippubblika mill-ġdid, jew tuża l-Informazzjoni għal skopijiet kummerċjali, mingħajr il-permess bil-miktub ta’ Sandoz International GmbH. Inti għandek iżżomm u tirriproduċi kull avviż dwar id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet proprjetarji oħrajn li jinsab fi kwalunkwe Informazzjoni li tniżżel. Għandek tassumi li kull ħaġa li tara jew taqra fuq dan is-Sit hija protetta mid-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx innotat mod ieħor u ma tistax tintuża ħlief kif previst f’dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet jew fit-test fuq is-Sit mingħajr il-permess bil-miktub ta’ Sandoz International GmbH. Sandoz International GmbH la tiggarantixxi u lanqas tirrappreżenta li l-użu tiegħek tal-materjali murija fuq is-Sit mhuwiex se jikser id-drittijiet ta’ partijiet terzi li mhumiex proprjetà ta’ jew affiljati ma’ Sandoz International GmbH. Minbarra l-awtorizzazzjoni limitata msemmija hawn fuq, ma tingħata l-ebda liċenzja għal jew dritt fl-Informazzjoni, jew l-ebda drittijiet tal-awtur ta’ Sandoz International GmbH jew ta’ kwalunkwe parti oħra.

4. Trademarks/Drittijiet Proprjetarji

Għandek tassumi li l-ismijiet tal-prodotti kollha li jidhru fuq dan is-Sit, kemm jekk jidhru b’tipa kbira jew bis-simbolu tat-trademark kif ukoll jekk le, huma trademarks ta’ Sandoz International GmbH u/jew ta’ partijiet oħra. Dan is-Sit jista’ jkun fih ukoll, jew jirreferi għal, privattivi, informazzjoni proprjetarja, teknoloġiji, prodotti, proċessi jew drittijiet proprjetarji oħrajn ta’ Sandoz International GmbH u/jew partijiet oħra. Ma tingħatalek l-ebda liċenzja jew dritt fi kwalunkwe trademark, privattiva, sigriet kummerċjali, teknoloġija, prodott, proċess jew dritt proprjetarju ieħor ta’ Sandoz International GmbH u/jew partijiet oħrajn.

5. Ċaħda tal-Garanziji

Filwaqt li Sandoz International GmbH tagħmel sforzi raġonevoli biex tiżgura li l-Informazzjoni tkun preċiża u aġġornata, l-Informazzjoni jista’ jkun fiha nuqqasijiet ta’ preċiżjoni teknika jew żbalji tipografiċi. Sandoz International GmbH tirriżerva d-dritt li tagħmel tibdil, korrezzjonijiet u/jew titjib għall-Informazzjoni, u għall-prodotti u l-programmi deskritti f’tali informazzjoni, fi kwalunkwe mument mingħajr avviż. Sandoz International GmbH ma tagħmel l-ebda garanzija jew rappreżentazzjoni rigward il-preċizjoni ta’ kwalunkwe Informazzjoni. Sandoz International GmbH ma tassumi l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe żball jew omissjoni fil-kontenut tas-Sit. L-INFORMAZZJONI KOLLHA HIJA PPROVDUTA “KIF INHI”. SANDOZ INTERNATIONAL GMBH MA TAGĦTI L-EBDA GARANZIJA DWAR IL-KOMPLETEZZA JEW IL-PREĊIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI FUQ DAN IS-SIT JEW L-UŻI POSSIBBLI TAGĦHA. KONSEGWENTEMENT, L-INFORMAZZJONI GĦANDHA TIĠI EVALWATA B’ATTENZJONI MILL-VIŻITATURI tTAS-SIT. LA SANDOZ INTERNATIONAL GMBH U LANQAS EBDA KUMPANIJA TAL-GRUPP NOVARTIS, JEW PARTI OĦRA INVOLUTA FIL-ĦOLQIEN, IL-PRODUZZJONI JEW IT-TWASSIL TA’ DAN IS-SIT LILEK MHI SE TKUN RESPONSABBLI GĦAL KWALUNKWE DANNU DIRETT, INĊIDENTALI, KONSEGWENZJALI, INDIRETT JEW PUNITTIV LI JIRRIŻULTA MILL-AĊĊESS GĦAL, L-UŻU TA’ JEW L-INKAPAĊITÀ TAL-UŻU TA’ DAN IS-SIT, JEW KWALUNKWE ŻBALL JEW OMISSJONI FIL-KONTENUT TAS-SIT. Xi ġurisdizzjonijiet ma jippermettux l-esklużjoni ta’ garanziji impliċiti, u għalhekk l-esklużjoni t’hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik. Barra minn hekk, Sandoz International GmbH ma tassumi l-ebda responsabbiltà, u mhix se tkun responsabbli għal, kwalunkwe ħsara għal, jew virus li jista’ jinfetta, it-tagħmir tal-kompjuter tiegħek jew proprjetà oħra minħabba l-aċċess tiegħek għal jew l-użu tas-Sit u tal-Informazzjoni jew it-tniżżil tiegħek tal-Informazzjoni. Sandoz International GmbH tirriżerva d-dritt li tneħħi dan is-Sit fi kwalunkwe mument mingħajr avviż u mingħajr responsabbiltà.

6. L-Informazzjoni li Għandek Tipprovdilna

Minbarra l-informazzjoni koperta mill-Politika tal-Privatezza tagħna, kwalunkwe komunikazzjoni jew materjal li tibgħat lis-Sit bil-posta elettronika jew b’xi mod ieħor, inkluż kwalunkwe data, mistoqsija, kumment, suġġeriment jew simili hija, u se tiġi ttrattata bħal, mhux kunfidenzjali u mhux proprjetarja. Kull ħaġa li tibgħat jew tippubblika ssir il-proprjetà ta’ Sandoz International GmbH jew tal-affiljati tagħha u tista’ tintuża għal kwalunkwe skop, inkluż, iżda mhux limitat għal, ir-riproduzzjoni, id-divulgazzjoni, it-trażmissjoni, il-pubblikazzjoni, ix-xandir u l-pubblikazzjoni. Barra minn hekk, Sandoz International GmbH hija libera li tuża, mingħajr l-ebda kumpens għalik, kwalunkwe idea, kunċett, għarfien espert, jew teknika li jkun hemm fi kwalunkwe komunikazzjoni li tibgħat lis-Sit għal kwalunkwe skop possibbli inkluż, iżda mhux limitat għal, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jużaw din l-informazzjoni.

7. Prodotti Globali

Dan is-Sit jista’ jkun fih informazzjoni dwar prodotti u servizzi globali, li mhux kollha kemm huma jkunu disponibbli f’kull post. Referenza għal prodott jew servizz fuq dan is-Sit ma timplikax li tali prodott jew servizz huwa jew se jkun disponibbli fil-post fejn tinsab int. Il-prodotti msemmija fuq dan is-Sit jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji differenti skont il-pajjiż tal-użu u t-tikkettar tal-prodott jista’ jvarja bejn pajjiż u ieħor. Konsegwentement, il-viżitaturi jistgħu jiġu nnotifikati li ċerti taqsimiet ta’ dan is-Sit huma maħsuba biss għal ċerti tipi ta’ utenti esperti jew għal udjenzi f’ċerti pajjiżi biss, filwaqt li l-informazzjoni dwar il-prodott għal pajjiż speċifiku għandha tiġi vverifikata mal-organizzazzjoni lokali ta’ Sandoz. Xejn fuq dan is-Sit m’għandu jiġi mifhum bħala promozzjoni jew reklam għal kwalunkwe prodott jew għall-użu ta’ kwalunkwe prodott li mhuwiex awtorizzat mil-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

8. Dikjarazzjoni ta᾽ ċaħda ta᾽ responsabbiltà

Xejn f’dan is-Sit ma jikkostitwixxi stedina jew offerta biex tinvesti jew tinnegozja fit-titoli jew fir-Riċevuti Depożitarji Amerikani ta’ Novartis. B’mod partikolari, ir-riżultati u l-iżviluppi attwali jistgħu jkunu materjalment differenti minn kwalunkwe tbassir, opinjoni jew aspettattiva espressa fuq is-Sit u wieħed m’għandux jiddependi fuq il-prestazzjoni passata tal-prezz tat-titoli bħala gwida affidabbli għall-prestazzjoni futura tagħhom.

9. Links għal dan is-Sit

Sandoz International GmbH ma rrevediet l-ebda mis-siti web kollha ta’ parti terza, li fiha links għal dan is-Sit u mhijiex responsabbli għall-kontenut ta’ kwalunkwe paġni bħal dawn li ma jinsabux fuq is-Sit jew għal kwalunkwe sit ieħor illinkjat mas-Sit. Jekk tixtieq tillinka s-sit web tiegħek ma’ dan is-Sit, tista’ tillinkja biss mal-paġna ewlenija. Ma tistax tillinkja ma’ paġni oħrajn fis-Sit mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Sandoz International GmbH. Il-kwotazzjoni jew l-użu ta’ porzjon wieħed jew aktar ta’ dan is-Sit fis-sit ta’ kwalunkwe parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub huwa pprojbit ukoll.

10. Links għal Siti Oħrajn

Jistgħu jiġu pprovduti links għal siti ta’ partijiet terzi għall-interess jew il-konvenjenza tal-viżitaturi għal dan is-Sit. It-terminu tal-użu u l-politika tal-privatezza tas-sit tal-parti terza jistgħu jkunu differenti. Sandoz International GmbH ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal links mingħandna għal oħrajn, u b’mod partikolari m’aħniex responsabbli għall-preċiżjoni jew il-legalità tal-kontenut tagħhom. Ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà li tirriżulta minn ksur jew omissjoni fil-politiki tal-privatezza ta’ partijiet terzi.

11. Pubblikazzjonijiet għal dan is-Sit

Għalkemm minn żmien għal żmien Sandoz International GmbH tista’ timmonitorja jew tirrevedi diskussjonijiet, chats, pubblikazzjonijiet, trażmissjonijiet, bords tal-avviżi, u affarijiet simili fuq is-Sit, Sandoz International GmbH m’għandha l-ebda obbligu li tagħmel dan u ma tassumi l-ebda responsabbiltà li tirriżulta mill-kontenut ta’ kwalunkwe post bħal dan u lanqas għal kwalunkwe żball, malafama, libell, kalunja, omissjoni, gidba, oxxenità, pornografija, profanità, periklu, divulgazzjoni tal-privatezza jew nuqqas ta’ preċiżjoni fi kwalunkwe informazzjoni f’dawn il-postijiet fuq is-Sit. Inti pprojbit milli tippubblika jew tittrażmetti kwalunkwe materjal illegali, ta’ thedid, libelluż, ta’ malafama, oxxen, skamdaluż, infjammatorju, pornografiku, jew profan jew kwalunkwe materjal li jista’ jikkostitwixxi jew jinkoraġġixxi mġiba li tkun meqjusa bħala reat kriminali, twassal għal responsabbiltà ċivili, jew tikser il-liġi b’xi mod ieħor. Sandoz International GmbH se tikkoopera b’mod sħiħ ma’ kwalunkwe awtorità tal-infurzar tal-liġi jew ordni ta’ qorti li titlob jew tordna direttament lil Sandoz International GmbH tiddivulga l-identità ta’ kwalunkwe persuna li tippubblika kwalunkwe materjal jew informazzjoni msemmija.

12. Konsegwenzi

Jekk insiru konxji li ksirt kwalunkwe wieħed mit-termini u l-kundizzjonijiet li jinsabu f’din id-Dikjarazzjoni Legali, nistgħu nieħdu azzjoni korrettiva immedjata, inkluż billi nipprevjenu lill-utent milli juża s-servizzi offruti minn Sandoz International GmbH u nneħħu kwalunkwe informazzjoni, data u kontenut li jitpoġġew fuq is-Sit mill-utent, fi kwalunkwe mument u mingħajr avviż. Jekk tkun saritilna ħsara minħabba l-ksur tiegħek, aħna nistgħu, fid-diskrezzjoni unika tagħna, infittxu li nirkupraw id-danni mingħandek.

13. Reviżjonijiet

Sandoz International GmbH tista’, fi kwalunkwe ħin, tirrevedi dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet billi taġġorna din il-pubblikazzjoni. Inti marbut minn kwalunkwe reviżjoni bħal din u għalhekk għandek iżżur din il-paġna minn żmien għal żmien biex tirrevedi t-Termini u l-Kundizzjonijiet attwali li inti marbut bihom.