Dwar il-Cookies fuq is-Siti Web ta’ Sandoz

X’inhi cookie?

Cookies huma fajls testwali żgħar li jintbagħtu lill-kompjuter tiegħek meta żżur sit web. Il-cookies fuq is-siti web tal-kumpanija Sandoz jaqdu ħafna funzjonijiet differenti, bħal, pereżempju, iħalluk tinnaviga bejn il-paġni b’mod effiċjenti, taħżen il-preferenzi tiegħek u b’mod ġenerali jtejbu l-esperjenza tiegħek ta’ sit web.

Id-Direttiva tal-UE 2009/136/KE tgħid li nistgħu naħżnu cookies fuq it-tagħmir tiegħek, jekk dawn ikunu essenzjali għat-tħaddim ta’ dan is-sit, iżda għall-cookies l-oħrajn kollha neħtieġu l-permess tiegħek biex nagħmlu dan.

Is-siti ta’ Novartis jistgħu jużaw xi cookies li mhumiex essenzjali. Dan ma nagħmluhx biex nintraċċaw lil utenti individwali jew biex nidentifikawhom, iżda biex niksbu għarfien utli dwar kif jintużaw is-siti tagħna sabiex inkunu nistgħu nibqgħu ntejbuhom għall-utenti tagħna. Mingħajr l-għarfien li niksbu mis-sistemi li jużaw dawn il-cookies, ma nkunux nistgħu nipprovdu s-servizz li nagħtu.

It-tipi ta’ cookies li nużaw

Jekk tiddeċiedi li tissettja l-lingwa, id-daqs tat-tipa jew verżjoni speċifika tas-sit (eż. kuntrast għoli), aħna nużaw “cookies tal-personalizzazzjoni tal-interfaċċja tal-utent”. Ladarba tissettjahom, ma jkollokx bżonn terġa’ tispeċifika l-preferenzi tiegħek meta terġa’ żżur is-sit.

Jekk tuża partijiet tas-sit li jeħtieġu r-reġistrazzjoni biex taċċessa l-kontenut, inpoġġu “cookie tal-awtentikazzjoni” fuq il-kompjuter tiegħek. Din tippermettilek toħroġ minn dawn il-partijiet tas-sit u terġa’ lura għalihom mingħajr ma jkollok bżonn terġa’ twettaq il-proċess ta’ awtentikazzjoni.

Jekk għandek Adobe Flash installat fuq il-kompjuter tiegħek (dan huwa l-każ għall-biċċa l-kbira tal-kompjuters) u tuża plejers tal-vidjow, aħna naħżnu “cookie tal-flash” fuq il-kompjuter tiegħek. Dawn il-cookies jintużaw biex jaħżnu d-data meħtieġa biex tara vidjow jew tisma’ kontenut tal-awdjo u jaħżnu l-preferenzi tal-utent.

Sandoz tħobb tifhem kif il-viżitaturi tagħna jużaw is-siti web tagħna billi tuża servizzi ta’ analitika tal-web. Dawn jgħoddu l-ammont ta’ viżitaturi u jgħidulna affarijiet dwar l-imġiba ġenerali tal-viżitaturi – pereżempju jidentifikaw il-kliem ewlieni tal-magna tat-tiftix li jwasslu lill-utent għas-sit, it-tul tipiku ta’ kemm utent idum fuq is-sit jew in-numru medju ta’ paġni li jara utent. Għal dan l-għan inpoġġu “cookie tal-analitika tal-parti ewlenija” fuq il-kompjuter tiegħek.

Nistgħu nużaw ukoll servizzi bħal Google Analytics biex nintraċċaw l-istatistika tal-web. F’dak il-każ, Google tpoġġi “cookie ta’ parti terza” fuq il-kompjuter tiegħek. Dan japplika wkoll meta nużaw Google Maps.

Kwalunkwe data li tinġabar bl-użu ta’ dawn il-cookies se tinħażen u tiġi mmaniġġjata minn Sandoz jew minn wieħed mill-affiljati fdati tagħha fil-pajjiżi fejn topera Sandoz.

Għal iktar informazzjoni jew biex tara kif għandek tikkuntattja lil Sandoz, jekk jogħġbok irreferi għall-Politika tal-Privatezza tad-Data.

Kif tikkontrolla l-cookies

Jekk ma tixtieqx tirċievi cookies, tista’ timmodifika l-brawżer tiegħek biex jinnotifikak meta jintbagħtulu l-cookies jew tista’ tirrifjuta l-cookies għalkollox. Tista’ wkoll tħassar il-cookies li diġà ġew issettjati.

Jekk tixtieq tillimita jew tibblokkja l-cookies tal-brawżer tal-web li huma ssettjati fuq l-apparat tiegħek, tista’ tagħmel dan mis-settings tal-brażwer tiegħek; il-funzjoni Help (Għajnuna) fil-brawżer tiegħek għandha tgħidlek kif tagħmel dan. Inkella, tista’ żżur www.aboutcookies.org, li fiha informazzjoni komprensiva dwar kif tagħmel dan fuq varjetà wiesgħa ta’ brawżers tad-desktop.